featured

Familja mill-Pakistan f’Malta bie jgħixu l-fidi

“Ġejt Malta mhux biss biex naħdem imma biex inkun nista’ nipprattika l-fidi Kattolika mingħajr xkiel.” Hekk stqarr miegħi Kashif Bhatti meta ltqajna fid-dar tiegħu li jgħix fiha flimkien ma’ martu Naz u ibnu Moses, oħtu u r-raġel tagħha u ż-żewġt itfal tagħhom. Kashif ilu joqgħod u jaħdem Malta bħala infermier għal kważi seba’ snin. “Kont …

Familja mill-Pakistan f’Malta bie jgħixu l-fidi Aktar / More »

Inwaqqfu l-kultura tal-mewt

Ilkoll inħsadna b’mewta traġika oħra li seħħet riċentament meta tfajla Torka ttajret minn persuna li allegatament kien taħt l-effett tad-droga! Telfa ta’ ħajja innoċenti. Familja imbikkma. Rabja u kundanna! Quddiem sitwazzjonijiet bħal dawn irridu nieqfu nirriflettu u ma nibqgħux indifferenti. U ninkwetaw biss meta tkun ġrat xi traġedja.  Ma nistgħux ma naqblux mal-appell li għamel …

Inwaqqfu l-kultura tal-mewt Aktar / More »

Dun David Cilia f’jum il-bidu tal-ħidma pastorali tiegħu flimkien mas-Sindu u ż-żewġ kappillani l-oħrajn tal-Belt.

Dun David Cilia: minn Surmast tas-Seminarju għal Arċipriet ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Jien twelidt Ħal Qormi, ir-raba’ wild minn familja ta’ disatitfal. Li tkun familja kbira mhijiex faċli imma permezz tagħha titgħallem ħafna b’mod speċjali kif tista’ tgħix aħjar mal-oħrajn. Kellna nuqqas ta’ ġid materjali imma kellna u għad għandna mħabba kbira lejn xulxin. Aħna “familja” ta’ qassisin! Għandi u kelli diversi zijiet u kuġini saċerdoti. Kont …

Dun David Cilia: minn Surmast tas-Seminarju għal Arċipriet ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta Aktar / More »

“Alla dejjem jisma’ t-talb tat-tfal”

Tabib Musulman fl-Isptar Malti fil-Ghana “Jien nemmen li meta tmiss il-qalb tat-tfal u dawn jitolbu għalik, Alla l-Imbierek  jisma’ t-talba tagħhom. It-tfal huma innoċenti u huma wisq qrib tal-qalb ta’ Alla. Hu dejjem ikun magħhom u persważ li jkun irid jaqtagħlhom xewqithom.” Hekk stqarr miegħi Ampofo Issa, anastetista fil-HopeXchange Medical Center, l-Isptar Malti f’Kumasi fil-Ghana …

“Alla dejjem jisma’ t-talb tat-tfal” Aktar / More »

Edson isir id-dell tiegħi

ESPERJENZA MISSJUNARJA FIL-MOŻAMBIK Il-Covid 19 waqqfet ħafna affarijiet milli jsiru, fosthom is-safar.  Minkejja li jiena bniedem li nħobb insiefer, din il-pandemija lili wkoll sammritni fuq din il-gżira għal tlett snin sħaħ. Peress li ma kellix avventuri u esperjenzi ġodda lejn xiex inħares, ta’ sikwit kont noqghod inqalleb fir-rittratti u memorabilji oħra ta’ pajjiżi differenti li …

Edson isir id-dell tiegħi Aktar / More »

Anzjani jferrħu anzjani

“Inħabbru l-mewt tiegħek Mulej, inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sakemm tiġi fil-Glorja”. Din hija l-essenza tal-messaġġ Evangeliku li Joe  C. Aquilina u tliet tenuri flimkien ma’ volontiera oħra qed iwassal b’mod l-aktar innovattiv kull nhar ta’ Ġimgħa f’diversi djar tal-anzjani f’dik li qed isejħulha Happy Hour with Jesus. Fl-età ta’ 70 sena, Joe qed ikompli …

Anzjani jferrħu anzjani Aktar / More »

Naf inħobb?

Fil-bidu ta’ kull sena ħafna minna nagħmlu xi riżoluzzjoni.  Min jgħid li se jnaqqas mill-ikel, li se jibda jagħmel l-eżerċizzju fiżiku, jew li se jaqta’ t-tipjip. Insomma riżoluzzjonijiet ta’ kull tip. Iżda fil-fehma tiegħi, għal min hu nisrani r-riżoluzzjonijiet tagħna jridu jkunu marbutin ma’ riflessjoni dwar kemm qed inkunu ta’ eżempju għal ħaddieħor.  F’dinja fejn …

Naf inħobb? Aktar / More »

Scroll to Top
Send this to a friend