featured

knisja.mt/ritratti

Akkumpanjamnet: buzzword jew realtà?

Matul is-snin fl-akkwati tal-Knisja jinħolqu kliem li kulħadd jibda jtenni l-ħin kollu donnu ma jeżisti xejn aktar.  Kellna l-kelma, “aġġornament”,  “evanġelizzazzjoni ġdida”, “encounter” u issa għandna il-kelma “sinodalità”  Imma naħseb li fix-xhur li ġejjin ser nisimgħu l-kelma “akkumpanjament” ittambar f’widnejna l-ħin kollu. Jekk biss tfittex Catholic spiritual accompaniment ssib 234 miljun hit. Kieku kellek issaqsini …

Akkumpanjamnet: buzzword jew realtà? Aktar / More »

X’valur qed nagħtu lill-ħajja?

Id-diskussjoni f’Malta dwar l-għożża tal-ħajja tal-bniedem qabel it-twelid twassalna nistaqsu “x’valur nagħtu lill-ħajja tal-bniedem f’Malta?” Kemm nistmaw il-ħajja tal-anzjani f’pajjiżna meta biex niffrankaw nimlew id-djar tal-Anzjani bil-carers barranin li kultant ma jafux ilissnu kelma waħda bil-Malti.  L-anzjani huma bnedmin li għandhom bżonn ħafna kuntatt uman biex il-moħħ jibqa’ jaħdem tajjeb.  Imma dan kollu mrażżan meta …

X’valur qed nagħtu lill-ħajja? Aktar / More »

Ngħożżu s-saħħa tal-omm u t-tarbija fil-ġuf

Fil-ġimgħat li għaddew intqal ħafna fuq l-emenda mressqa mill-Gvern dwar it-tqala ta’ nisa li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli. Dawn iċ-ċirkostanzi jitolbu kelma ċara, preċiża u ta’ konfort għad-dinjità tal-mara, għall-ħarsien tal-ħajja tagħha u għas-serħan il-moħħ tal-professjoni medika. Skont il-Gvern l-intenzjoni tal-emenda mhijiex li jiddaħħal l-abort. Wara kollox il-Gvern m’għandux mandat politiku biex jintroduċih. L-iskop, …

Ngħożżu s-saħħa tal-omm u t-tarbija fil-ġuf Aktar / More »

Mid-djarju tiegħi f’Kuba – Fr Stephen Magro

L-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2022 Jien qiegħed kappillan l-knisja parrokkjali tagħha hija s-santwarju ddedikat lill-Virgen de la Caridad, il-patruna ta’ Kuba. Bħalma nagħmel dejjem, kif spiċċat il-quddiesa tat-8.00am fis-Santwarju sellimt lin-nies ħdejn il-bieb ta’ barra u mort nieħu ftit kafè. Kif wasalt lura, kienu diġà ġew il-voluntiera tal-Caritas li qed jiċċekkjaw il-ħwejjeġ, il-mediċini u xi …

Mid-djarju tiegħi f’Kuba – Fr Stephen Magro Aktar / More »

Esperjenza differenti għas-sajf li ġej…Lest għall-isfida?

Is-sajf li għadda jiena flimkien ma’ 8 żgħażagħ oħrajn għamilna mixja ta’ 200Km mill-Portugal sal-Katidral ta’ Santiago fi Spanja. Kull ġurnata, għal disat ijiem, konna nerħulha kmieni filgħodu, b’dak kollu li ġibna minn Malta wara dahrna u dejjem aktar navvanzaw lejn id-destinazzjoni tagħna. Kull filgħodu konna nibdew b’mument ta’ talb u riflessjoni. Wara li nkunu għamilna xi …

Esperjenza differenti għas-sajf li ġej…Lest għall-isfida? Aktar / More »

Tibżax toħlom dal-Milied!

Kull Milied, sena wara sena, dejjem tiġini ħasra mill-figura ta’ San Ġużepp, kif rappreżentata fil-prespji u x-xeni natalizji tagħna. L-arti dejjem pinġitu bħala persuna xwejħa, ħafna akbar fl-età minn Marija. Dawk li jagħmlu l-pasturi jippruvaw jagħmluh ukoll jidher ixjeħ, għalkemm mhux dejjem jirnexxielhom!  Tiġini ħasra għalih għax ħadd mill-evanġelisti ma ġietu f’rasu jwasslilna ftit x’seta’ …

Tibżax toħlom dal-Milied! Aktar / More »

Embracing suffering

I recently found a video on YouTube Chanel regarding how we humans often try to avoid unpleasant sensations, feelings, thoughts and situations. And as much as we try to avoid them, the more it seems that we have to face them, ending up making us more tired and drained. Something similar to this is with …

Embracing suffering Aktar / More »

X’tixtieq dal-Milied?

Il-Flimkien staqsa tlett gruppi ta’ adolexxenti tal-parroċċi l-mistoqsija: Kieku xi ħadd kellu jaqtagħlek xewqa dal-Milied, xi tkun? Hawnhekk għandna t-tweġibiet li rċevejna (kif kitbuhom huma!) Kif wieħed jista’ jimmaġina dan mhux xi studju xjentifiku, assolutament li le, imma jagħtina tieqa ċkejkna (u li mhux bilfors korretta) ta’ x’inhuma l-aktar xewqat fost uliedna. Ninnota l-kelma ‘stop’ …

X’tixtieq dal-Milied? Aktar / More »

Fr Paul Attard OFM

Kappillan tal-Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema. Jien twelidt u trabbejt ir-Rabat, taħt id-djul tal-Patrijiet ta’ Ġieżu. Ta’ ħmistax-il sena sifirt l-ewwel darba mal-ġenituri tiegħi l-Italja. F’Tivoli, konna żorna knisja u bla ma naf kif u għalfejn kienu impressjonawni żewġ patrijiet Franġiskani żgħażagħ. Jumejn wara, propju fuq il-qabar ta’ San Franġisk ħassejt f’qalbi lill-Mulej isejjaħli biex bħal …

Fr Paul Attard OFM Aktar / More »

Scroll to Top
Send this to a friend