Is-suwiċidju: Kawża u prevenzjoni

Qabel xejn nixtieq inwassal  il-kondoljanzi tiegħi lil dawk il-familji jew ħbieb li tilfu lil xi ħadd kawża ta’ suwiċidju. Dan is-suġġett għad hemm stigma kbira marbuta miegħu, u ħafna huma dawk li jgħaddu minn tbatija kbira u jħossu għajb liema bħalu meta jiġu biex jitkellmu dwaru.

Ħafna drabi il-qraba u l-ħbieb isaqsu lilhom infushom: għalfejn dik il-persuna kellha tasal f’dak il-punt? Stajna għamilna xi ħaġa? Kif ma ndunajna b’xejn? It-tweġiba hija – probabilment u sfortunatament – le!

Skont stastistiċi maħruġa mill-World Health Organization (WHO) f’Ġunju 2021:

  • Aktar minn 700,000 persuna fis-sena twettaq suwiċidju, jiġifieri persuna kull 40 sekonda;
  • L-attenti ta’ suwiċju huwa ħamsa u għorxin darba aktar mill-imwiet tas- suwiċidju;
  • Sebgħin fil-mija tas-suwiċidji huma marbuta mad-dipressjoni filwaqt disgħin fil-mija huma marbuta ma’ diffikultajiet mentali.

Riċentament il-Minsitru tas-Saħħa Dr. Chris Fearne qal fi tweġiba parlamentari li bejn l-2013 u l-2022 f’Malta kellna 261 suwiċidju (jiġifieri medja ta’ 29 suwiċidju fis-sena).

Hemm diversi teoriji dwar ir-raġuni għala persuna tiddeċiedi li tneħħi ħajjitha b’idejha.   L-istudjużi jsemmu li r-raguni tista’ tkun is-sens li “neħles mill-uġigħ”  jew minħabba  “disperazzjoni, nuqqas ta’ tama, u ħajja meaningless”; anki s-sens li t-tmiem tal-ħajja jwassal biex wieħed jeħles minn emozzjonijiet negattivi. Hemm imbagħad min iħossu li qed ikun ta’ piż fuq dawk ta’ madwaru jew li tilef kull sens ta’ belonging.

Minkejja dan kollu, ma rridux naqtgħu qalbna u ngħidu li ma nistgħu naħmlu xejn għal min għaddej minn żmien diffiċli. Anki jekk inti m’intix espert xorta waħda hemm x’tista’ tagħmel.

L-ewwelett, irridu nkunu sensittivi għas-sinjali bikrin. Jekk xi ħadd jgħidilna, “ħajti m’għadhiex tagħmel sens”, “sfinut, ma niflaħx aktar!”, jew jibdew iqassmu affarijiet prezzjużi, jagħmlu t-tesment b’mod mgħaġġel,… dawn huma sinjali li jridu jittieħdu bis-serjetà.

It-tieni pass hu li ma niddejqux insaqsu jekk persuna għandhiex l-intenzjoni li tweġġà lilha nnifsha. Nistgħu ngħidulha, “Jaqaw, inti qed taħseb li tagħmel xi ħsara lilek innifsek?”

It-tielet ghandna nissapportjaw kemm nistgħu mingħajr ma nitfgħu l-ebda ġudiżżju. Nitkellmu kemm nifilħu ma’ dawn il-persuni u  aktar importanti li nisimgħuhom; kif ukoll li ninkoraġġuhom jfittxu  l-għajnuna. Huwa biss professjonist mediku jew psikoterapista li jista’ jagħti l-aħjar trattament. Wieħed għandu jiġi mħajjar iċempel il-helplines tal-Crisis Resolution Malta li huma miftuħin erbgha u għoxrin siegħa kuljum fuq 99339966.

Ir-raba’ pass huwa li nieħdu b’serjetà kbira kull suspett li xi ħadd jhedded li jweġġa’ lilu nnfisu.

Marsha M. Lineham, professur Amerikana tal-psikoloġija u kittieba magħrufa tgħid li “the best prevention of suicides is nurturing lifestyles where you really want to live.” Nemmen li lkoll kemm aħna responsabbli fil-familji, fil-komunitajiet, f’pajjiżna u fid-dinja biex nikkontribwixxu għal dan il-għan.

Jekk tisma’X’għandek tgħidX’m’ għandekx tgħid
(L-istudju, ix-xogħol, ħajti) nobgħodhomGħaliex? Għafejn qed tħossok hekk?Meta kont  daqsek il-ħajja kienet aktar diffiċli. Toqgħodx titgħażżen. Inqala’ minn hemm
Għalija kollox jidher bla tamaXi kultant kollha nħossuna xi ftit imdejqin. Ejja nitkellmu ftit fuq il-problemi u naraw liema nistgħu nsalvaw l-ewwel.U ejja! Aħseb kemm hawn nies bi problemi akbar minn tiegħek. Kemm hawn agħar  minnek.
Żgur li mingħajri kulħadd ikun aktar ferħan.Int tfisser ħafna għalija. Ninkwieta nisimgħek tgħid hekk. Għidli x’qed tħoss. Nixtieq verament li ngħinek.U aqtagħha! Dan li qed tgħid ma jagħmel l-ebda sens. Ejja ndawru d-diskors fuq xi ħaġa oħra.
U x’jiġri jekk ma jirnexxilix?Imma jekk xejn, naf li int għamilt dak kollu li hu possibbli.Dan ikun ifisser li ma ppruvjatx biżżejjed. Trid tirsisti aktar.
Int mhux qed tifhimniVerament nixtieq nifhmek aktar. Għidli aktar kif qed tħossok.Iva veru, u dan tort tiegħek… Daħħaltha f’rasek li ħadd ma jrid jifhmek.
Għamilt xi ħaġa ħażina ħafnaEjja npoġġu bilqiegħda u nitkellmu dwarhaĦeqq tort tiegħek… Agħmel xi ħaġa biex tirranġaha.

Scroll to Top
Send this to a friend