Ilħna u fehmiet

Dalgħodu hemm mara li qed tbati

Quddiem il-misoġinija ma nistgħux nibqgħu siekta Dalgħodu hemm mara li se jkollha tmur s-Soup Kitchen għax spiċċat weħidha u flus għaliha u wlieda m’għandhiex; dalgħodu hemm mara li b’qalbha mtertqa qed tistenna appuntament l-isptar għall-operazzjoni li trid tagħmel; dalgħodu hemm mara li qed tibki t-tifel jew ir-raġel tagħha li miet fuq ix-xogħol snin ilu u …

Dalgħodu hemm mara li qed tbati Aktar / More »

Naf inħobb?

Fil-bidu ta’ kull sena ħafna minna nagħmlu xi riżoluzzjoni.  Min jgħid li se jnaqqas mill-ikel, li se jibda jagħmel l-eżerċizzju fiżiku, jew li se jaqta’ t-tipjip. Insomma riżoluzzjonijiet ta’ kull tip. Iżda fil-fehma tiegħi, għal min hu nisrani r-riżoluzzjonijiet tagħna jridu jkunu marbutin ma’ riflessjoni dwar kemm qed inkunu ta’ eżempju għal ħaddieħor.  F’dinja fejn …

Naf inħobb? Aktar / More »

Għix issa għax darba tgħix

Ilni kważi dawn l-aħħar tlett snin naħdem fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija bħala Kappillan. Biss, fil-każ tiegħi, jien ukoll pazjent bħal pazjenti li nżur ta’ kuljum. Mhux l-ewwel darba li kien hemm min għamilli l-mistoqsija: Patri, għalik x’inhu l-valur tal-ħajja? Aktar mal-Mulej jagħtini l-grazzja naħdem u ngħix bil-kundizzjoni immatoloġika tiegħi li għandi fil-mudullun aktar inħossu li qed jagħtini …

Għix issa għax darba tgħix Aktar / More »

X’valur qed nagħtu lill-ħajja?

Id-diskussjoni f’Malta dwar l-għożża tal-ħajja tal-bniedem qabel it-twelid twassalna nistaqsu “x’valur nagħtu lill-ħajja tal-bniedem f’Malta?” Kemm nistmaw il-ħajja tal-anzjani f’pajjiżna meta biex niffrankaw nimlew id-djar tal-Anzjani bil-carers barranin li kultant ma jafux ilissnu kelma waħda bil-Malti.  L-anzjani huma bnedmin li għandhom bżonn ħafna kuntatt uman biex il-moħħ jibqa’ jaħdem tajjeb.  Imma dan kollu mrażżan meta …

X’valur qed nagħtu lill-ħajja? Aktar / More »

Ngħożżu s-saħħa tal-omm u t-tarbija fil-ġuf

Fil-ġimgħat li għaddew intqal ħafna fuq l-emenda mressqa mill-Gvern dwar it-tqala ta’ nisa li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli. Dawn iċ-ċirkostanzi jitolbu kelma ċara, preċiża u ta’ konfort għad-dinjità tal-mara, għall-ħarsien tal-ħajja tagħha u għas-serħan il-moħħ tal-professjoni medika. Skont il-Gvern l-intenzjoni tal-emenda mhijiex li jiddaħħal l-abort. Wara kollox il-Gvern m’għandux mandat politiku biex jintroduċih. L-iskop, …

Ngħożżu s-saħħa tal-omm u t-tarbija fil-ġuf Aktar / More »

Il-festa tas-skiet

Il-Milied iġib l-istorbju.  Tiżjin. Ġiri għar-rigali.  Festi għat-tfal.  Ikliet tax-xogħol.  Ġbir għal ħaġa jew oħra.  L-ispirtu ma jonqosx. Imma l-Milied hu l-festa tal-kwiet.  L-akbar ġrajja fl-istorja seħħet fis-skiet meta d-dinja kienet rieqda.  Ġew l-anġli, ġew ir-rgħajja.  Imma dak kollu ġara wara.  Il-ġrajja seħħet fil-kwiet. Illum nibżgħu mill-kwiet.  Fil-kwiet niltaqa’ miegħi nnifsi u nagħraf dak li …

Il-festa tas-skiet Aktar / More »

Il-gideb, il-gidba u l-ħtieġa għas-sewwa

Niftakar li waqt il-kampanja elettorali Amerikana tal-2016, kont staqsejt ħabib tiegħi Amerikan li nzerta kien f’Malta x’differenza jara bejn Hilary Clinton u Donald Trump. Kien pront weġibni li “Clinton hija giddieba filwaqt li Trump hu gidba! It-tnejn li huma inqabdu jigdbu, mhux darba u tnejn, imma Trump hu speċjalizzat fil-gideb, huwa l-esponent ewlieni ta’ dik …

Il-gideb, il-gidba u l-ħtieġa għas-sewwa Aktar / More »

knisja.mt/ritratti

IR-RELIĠJON GĦADHA IMPORTANTI?

Jgħid x’jgħid ħaddieħor, il-fidi dejjem kienet boxxla morali u etika għal bosta mexxejja tal-ġnus. F’dawn l-aħħar deċenji l-Papiet dejjem ikkonfrontaw u ggwidaw lid-dinja quddiem sensiela ta’ problemi globali. Il-fidi u l-ispirtwalità inġenerali jafu jġibu bidliet soċjali tant meħtieġa. L-imgħoddi u l-istorja riċenti jagħtuna ħames oqsma fejn ir-reliġjon u l-fidi kellhom impatt pożittiv qawwi u ġabu …

IR-RELIĠJON GĦADHA IMPORTANTI? Aktar / More »

KUXJENZA NAZZJONALI

Aħna pajjiż uniku! M’għandniex Jum Nazzjonali. Minflok, għandna ħames festi nazzjonali! Għadu kif għadda Settembru li fih iċċelebrajna tnejn minnhom – Il-Vitorja u l-Indipendenza. Kull festa nazzjonali għandha mhux biss l-iskop li tkun sempliċiment ġurnata vaganza, imma li bħala nazzjon niċċelebraw dak li lilna jagħmilna Maltin. Hekk per eżempju l-festa tal-Indipendenza tfakkarna li minkejja ċ-ċokon …

KUXJENZA NAZZJONALI Aktar / More »

Scroll to Top
Send this to a friend