Akkumpanjamnet: buzzword jew realtà?
Matul is-snin fl-akkwati tal-Knisja jinħolqu kliem li kulħadd jibda jtenni l-ħin kollu donnu ma jeżisti xejn aktar. Kellna l-kelma, “aġġornament”, “evanġelizzazzjoni ġdida”, “encounter” u issa għandna il-kelma “sinodalità” Imma naħseb li fix-xhur li ġejjin ser nisimgħu l-kelma “akkumpanjament” ittambar f’widnejna l-ħin kollu. Jekk biss tfittex Catholic spiritual accompaniment ssib 234 miljun hit. Kieku kellek issaqsini …