featured

Il-mara Maltija għadha ma laħqitx il-milja tagħha fil-festi tagħna.

Dr Mariella Mizzi hija l-President tat-12th May Band & Social Club ta’ Ħaż Żebbuġ, li barra l-banda jieħu ħsieb ukoll l-armar, in-nar tal-festa, u affarijiet oħra. Sa issa serviet għal 18-il sena, u tħoss li l-kelma tagħha fil-Kumitat Eżekuttiv tal-każin tagħha hija stmata u qatt ma ħasset xi żvantaġġ minħabba li hija mara. Stqarret magħna …

Il-mara Maltija għadha ma laħqitx il-milja tagħha fil-festi tagħna. Aktar / More »

Se mmorru…. jew morna l-baħar?

Aħna poplu kulturalment fqir? Sejrin lura jew ‘il quddiem? X’jista’ jsir biex insaħħu l-kultura tagħna u dak kollu li jsawwarna bħala Maltin? Il-Flimkien iltaqa’ ma’ Sean Buhagiar, li huwa d-Direttur Artistiku tat-Teatru Malta, kif ukoll produttur ta’ diversi avvenimenti kulturali. Għal sitt snin kien id-direttur artistiku tan- Notte Bianca.  Jidhirli li fejn tidħol il-kultura u …

Se mmorru…. jew morna l-baħar? Aktar / More »

knisja.mt/ritratti

Hekk sew…il-Knisja tippriedka l-faqar imma fl-istess waqt sinjura!

Żgur li inti u taqra t-titlu ma kenitx l-ewwel darba li jew smajt din il-kritika, jew inkella kont inti stess li għamiltha…u ngħiduha kif inhi: Jekk Kristu ppriedka u għex il-faqar, għaliex ma nimxux fuq il-passi tiegħu u nagħmlu bħalu wkoll?! Spiss, meta l-Knisja jew xi membri tagħha jgħallmu u jħeġġu favur id-dmir soċjali li …

Hekk sew…il-Knisja tippriedka l-faqar imma fl-istess waqt sinjura! Aktar / More »

Il-qlubija tar-riskju

Fil-lejla tal-14 ta’ Marzu, ġurnalista żagħżugħa bl-isem ta’ Maria Ovsiannikova, kellha l-kuraġġ tinterrompi x-xandira diretta tal-aħbarijiet prime time fuq l-istazzjon televiżiv prinċipali Russu. Dan billi għaddiet minn wara l-persuna li kienet qed taqra l-aħbarijiet u żammet f’idejha kartellun imdaqqas kontra l-gwerra li pajjiżha stess qed iwettaq fl-Ukrajna. Il-kartellun kellu miktub fuqu bir-Russu dawn il-kelmiet: “Le …

Il-qlubija tar-riskju Aktar / More »

Il-Papa li jbus l-infafet

Vinicio Riva hu minn Vicenza, fl-Italja ta’ Fuq, u llum għandu 62 sena. Kif tħares lejh mill-ewwel tinduna li jbati bin-neurofibromatosis tal-ewwel tip. Wiċċu u ġismu miksijin b’nefħiet imdaqqsin, qishom infafet, waħda ħdejn waħda. Dawn in-nefħiet iqabbduh ħakk kbir u spiss jispiċċaw inixxu d-demm. B’mod regolari jagħmel operazzjonijiet biex jitneħħewlu xi nefħiet minnhom, bħal dawk …

Il-Papa li jbus l-infafet Aktar / More »

Fr Reuben Micallef

Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Rxoxt – Pembroke Fr Reuben twieled fl-1977 f’Raħal Ġdid u tgħammed fil-parroċċa ta’ Lourdes tal-istess lokalità nhar it-8 ta’ Settembru 1977. Ta’ 21 sena, daħal is-Seminarju u ġie ordnat saċerdot fl-2005 u beda jservi ta’ Viċi Kappillan fil-parroċċa ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid. Fl-2008 nħatar kappillan tal-Imtarfa u fl-2012 inħatar Arċipriet …

Fr Reuben Micallef Aktar / More »

Komda l-Quddiesa fuq it-TV

Kemm kienet ta’ wens il-quddiesa ta’ kuljum fuq diversi stazzjonijiet televiżivi għal ħafna eluf li kellhom joqogħdu ġewwa minħabba l-pandemija!  Mhux biss semgħu l-quddiesa imma rawha wkoll!  Kien hemm ħafna li ma kinux imorru l-quddies imma minn darhom bdew isegwu l-quddiesa ta’ kuljum.  Bdew jirċievu l-Kelma ta’ Alla mhux biss miktuba fl-Iskrittura imma spjegata fil-ftit …

Komda l-Quddiesa fuq it-TV Aktar / More »

Scroll to Top
Send this to a friend