Nikol Baldacchino

KUXJENZA NAZZJONALI

Aħna pajjiż uniku! M’għandniex Jum Nazzjonali. Minflok, għandna ħames festi nazzjonali! Għadu kif għadda Settembru li fih iċċelebrajna tnejn minnhom – Il-Vitorja u l-Indipendenza. Kull festa nazzjonali għandha mhux biss l-iskop li tkun sempliċiment ġurnata vaganza, imma li bħala nazzjon niċċelebraw dak li lilna jagħmilna Maltin. Hekk per eżempju l-festa tal-Indipendenza tfakkarna li minkejja ċ-ċokon …

KUXJENZA NAZZJONALI Aktar / More »

“Il-Knisja Maltija trid tkompli tibgħat aktar missjunarji”

FR STEPHEN MAGRO: MISSJUNARJU MALTI F’KUBA Mhux anqas minn 11-il Isqof u madwar 60 qassis iwettqu l-ħidma saċerdotali tagħhom f’pajjiżi oħrajn, ħafna minnhom f’artijiet tat-tielet dinja. Dan minbarra madwar 30 saċerdot Għawdxi u numru ferm akbar ta’ reliġjużi, irġiel u nisa Maltin. Tista’ tgħid m’hawn l-ebda pajjiż li ma ssibx saċerdot, patri, soru jew saħanistra …

“Il-Knisja Maltija trid tkompli tibgħat aktar missjunarji” Aktar / More »

Fr Gordon Refalo – Kappillan f’sitt parroċċi

Fr Gordon twieled fl-1961 u għex tfulitu f’Tas-Sliema u l-Gżira. Ġie ordnat saċerdot 31 sena ilu u beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala Viċi f’San Gejtanu, il-Ħamrun. Illum huwa l-Kappillan tal-Gżira.  Nista’ ngħid li fl-ewwel snin tiegħi bħala Viċi tgħallimt ħafna mill-Kappillan ta’ San Gejtanu ta’ dak iż-żmien, Dun Pawl Camilleri. Tkun ilek snin tistudja u …

Fr Gordon Refalo – Kappillan f’sitt parroċċi Aktar / More »

knisja.mt/ritratti

Ta’ Pinu: Talb… ringrazzjament… fidi… u tradizzjoni

Fix-xhur tas-sajf Għawdex ikun miżgħud bil-Maltin li jitilgħu għal ftit jiem ta’ mistrieħ. Is-Santwarju Ta’ Pinu wkoll jara żieda qawwija ta’ individwi u familji li jżuru dan is-santwarju għażiż. Ħadna l-okkażjoni biex  nitkellmu mal-pellegrini u nistħarrġu  x’jgħaddi minn moħħhom meta jirfsu fis-Santwarju Ta’ Pinu. Min-nies li tkellimna magħhom, ħadd ma qal li jmur hemm biex …

Ta’ Pinu: Talb… ringrazzjament… fidi… u tradizzjoni Aktar / More »

knisja/mt/ritratti

It-tħejjija għaż-żwieġ: Formazzjoni kontinwa sa miċ-ċokon

Ħerġin minn sajf b’xhur ippakkjati b’ċelebrazzjonijiet ta’ koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ. Intant, wara s-sajf, hija prassi li jibdew diversi korsijiet bi tħejjija għaż-żwieġ nisrani, organizzati mill-Moviment ta’ Kana. Biex inkun ċar, qed nikteb u nikkwalifika ż-żwieġ bħala nisrani, il-għaliex s’issa huwa min jiżżewweġ bil-Knisja li hu obbligat jagħmel xi forma ta’ tħejjija qabel jiżżewweġ, …

It-tħejjija għaż-żwieġ: Formazzjoni kontinwa sa miċ-ċokon Aktar / More »

Possibli timmedita f’nofs l-għaġla tal-ħajja?

X’aktarx li l-ewwel xbieha li titla’ quddiem għajnejna kull darba li nisimgħu l-kelma ‘meditazzjoni’ hija ta’ xi ħadd bilqiegħda b’għajnejh magħluqa quddiem xena idillika. Imma eżattament il-meditazzjoni x’inhi? Iltqajna ma’ Patri Charlò Camilleri, Karmelitan, li għadu kif ippubblika l-ktieb “Meta r-ruħ tintbill fid-deheb”. Tkellimna miegħu dwar x’tifsira għandha l-meditazzjoni fid-dinja tal-lum. Mara anzjana li titlob …

Possibli timmedita f’nofs l-għaġla tal-ħajja? Aktar / More »

Il-pazjenti Maltin f’Londra: “M’intomx weħidkom”

Mhux anqas minn 50 pazjent Malti fix-xahar jitilgħu għall-kura fl-Ingilterra. Tagħrif miksub minn Il-Flimkien juri li terz minn dawn ikunu tfal taħt it-18-il sena.  Il-pandemija tal-Covid kellha impatt kbir fuq dan is-servizz mogħti mill-Gvern Malti lil dawk li jkunu jeħtiġilhom operazzjonijiet li ma jistgħux isiru Malta. Kien hemm żmien li dan kellu jieqaf għajr għal …

Il-pazjenti Maltin f’Londra: “M’intomx weħidkom” Aktar / More »

L-Ukrajna: Minn ġenna għal infern terribbli

Kien fl-għodwa tal-24 ta’ Frar 2022 meta t-truppi Russi invadew il-pajjiż ġar tagħhom, l-Ukrajna. Is-sħab iswed kien ilu jinġema’.  Fl-2014 ir-Russi kienu okkupaw il-Krimea, parti mill-Ukrajna. Ftit kienu dawk fil-pajjiżi tal-Punent li taw kas. Imma issa l-invażjoni li tant kienet ilha mistennija seħħet tassew.  Apparti l-invażjoni, bdew ukoll attakki kontinwi bil-missili, l-ewwel fuq Kharkiv, it-tieni …

L-Ukrajna: Minn ġenna għal infern terribbli Aktar / More »

Intejbu l-intimità sesswali

Ħafna jsaqsuni jekk huwiex possibbli li ttejjeb il-ħajja sesswali tiegħek. It-tweġiba hija iva. Biex tagħmel dan huwa essenzjali li tkun taf aktar dwar l-imħabba u b’mod aktar ġenerali u bażiku dwar l-aptit sesswali. Ippruvajt niġbor il-kumplessità ta’ dan is-suġġett fi ftit punti qosra. Komunikazzjoni sesswali Li titkellem dwar is-sess huwa importanti daqs li tagħmel is-sess …

Intejbu l-intimità sesswali Aktar / More »

Scroll to Top
Send this to a friend