Il-festa tas-skiet
Il-Milied iġib l-istorbju. Tiżjin. Ġiri għar-rigali. Festi għat-tfal. Ikliet tax-xogħol. Ġbir għal ħaġa jew oħra. L-ispirtu ma jonqosx. Imma l-Milied hu l-festa tal-kwiet. L-akbar ġrajja fl-istorja seħħet fis-skiet meta d-dinja kienet rieqda. Ġew l-anġli, ġew ir-rgħajja. Imma dak kollu ġara wara. Il-ġrajja seħħet fil-kwiet. Illum nibżgħu mill-kwiet. Fil-kwiet niltaqa’ miegħi nnifsi u nagħraf dak li …