Fra Gioele Galea – eremit f’nofs il-belt
Iltqajt miegħu fid-dar li jgħix fiha fi triq dejqa fis-Siġġiewi. M’hijiex monasteru kbir fuq muntanja mdawra bis-siġar, għall-ħoss tal-ilmijiet igelglu. Mit-tieqa stajt nisma’ l-istorbju tal-karrozzi u l-għajjat tal-bejjiegħ tal-ħut. Fra Gioele Galea m’huwiex maqtugħ fl-imwarrab imma jgħix, flimkien ma’ saċerdot ieħor, f’nofs belt jew aħjar raħal. Twieled fl-1965, u trabba n-Naxxar. Ta’ 22 sena daħal …