Għandhom kuxjenza l-politiċi Maltin?
X’nifhmu meta ngħidu “kuxjenza”? Hija assoluta u ma tinbidilx, relattiva jew timmatura maż-żmien? Fl-era klassika, Aristotli jikkonkludi li fl-etika hemm linja li twasslek biex tifred lit-tajjeb mill-ħażin. Imbagħad San Pawl uża l-idea tal-kuxjenza bħala vuċi interjuri li tgħinek tagħraf u tagħżel it-tajjeb. San Tumas t’Akwinu saħaq li r-raġuni hija l-pedament ta’ kull azzjoni morali. Min-naħa …