Nikol Baldacchino

Mil-lapes taċ-ċkejknin

F’Novembru tal-2021 il-kittieb Ingliż E.O. Higgins poġġa fuq Twitter tpinġija magħmula minn ibnu bil-caption: “My son’s drawing of ‘safe’” (ara paġna 2). Hija tpinġija sempliċi ħafna, bi stil tipiku tat-tfal żgħar. Tirraffigura żewġ irjus ta’ persuni kbar (donnhom fuq imħaded, mgħottijin minn gverta) u figura ċkejkna bejniethom; ilkoll jitbissmu ferħana. M’hemmx għalfejn tkun kritiku tal-arti …

Mil-lapes taċ-ċkejknin Aktar / More »

SINJAL TA’ FUTUR ISBAĦ

Il-Papa Franġisku huwa l-Papa tar-relazzjonijiet. Dwar dan kiteb enċiklika sħiħa – Fratelli Tutti. Probabbli fl-ebda enċiklika qatt inkitbet qabel ma nsibu Papa li jinkoraġġixxi lill-Insara biex jitbissmu lil xulxin. Il-lenti li minnu Franġisku jara r-relazzjonijiet huwa essenzjalment wieħed Kristjan: Bħala nsara, aħna rridu nirrelataw ma’ xulxin fi Kristu, ma’ Kristu u bi Kristu. Dan deher …

SINJAL TA’ FUTUR ISBAĦ Aktar / More »

Il-Familja mil-lenti tal-Qawmien mill-Mewt

Ftit tal-ġimgħat ilu ċċelebrajna l-Għid il-Kbir u qablu l-erbgħin jum tar-Randan, bit-temi dominanti jkunu t-tbatija, il-passjoni u l-mewt, u r-rebħa permezz tal-qawmien mill-mewt. Nibda billi nirrifletti dwar it-tbatijiet li l-familji novelli qed jirtu mill-familji tal-oriġini tagħhom. Nesperjenza familji li ma jitkellmux; oħrajn f’pika dwar min hu l-iktar setgħani u min hu l-aħjar; ma’ oħrajn f’pika …

Il-Familja mil-lenti tal-Qawmien mill-Mewt Aktar / More »

knisja.mt/ritratti

Skont il-fehma tal-Papa

Meta nitkellem ma’ persuni “ordinarji” u nsaqsihom x’jaħsbu dwar il-kelma “sinodu” u x’jidhrilhom dwar il-fehma tal-Papa Franġsiku biex il-Knisja tkun waħda sinodali, ħafna drabi nibqa’ mingħajr tweġiba. Anzi, mhux l-ewwel darba li xi ħadd baqa’ ċċassat iħares lejja b’ħalqu miftuħ. “Din xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-Kardinal Grech, hux hekk?” qalli wieħed. Oħra qaltli li …

Skont il-fehma tal-Papa Aktar / More »

Dalgħodu hemm mara li qed tbati

Quddiem il-misoġinija ma nistgħux nibqgħu siekta Dalgħodu hemm mara li se jkollha tmur s-Soup Kitchen għax spiċċat weħidha u flus għaliha u wlieda m’għandhiex; dalgħodu hemm mara li b’qalbha mtertqa qed tistenna appuntament l-isptar għall-operazzjoni li trid tagħmel; dalgħodu hemm mara li qed tibki t-tifel jew ir-raġel tagħha li miet fuq ix-xogħol snin ilu u …

Dalgħodu hemm mara li qed tbati Aktar / More »

Atleta bis-Celebral Palsy jiġri l-Maratona ta’ Barċellona

Alex Roca għandu 31 sena u twieled u jgħix f’Barċellona. Il-passjoni tiegħu hija l-ġiri – sports li għal ħafna jidher xi ħaġa ordinarja. Imma Alex għandu 76 fil-mija ta’ ġismu b’diżabilità. Ta’ sitt xhur ħakmitu l-kundizzjoni tas-celebral palsy u t-tobba kienu stennew li jseħħu żewġ affarijiet għal dik it-tarbija ċkejkna: jew li jmut, jew inkella …

Atleta bis-Celebral Palsy jiġri l-Maratona ta’ Barċellona Aktar / More »

Il-korruzzjoni f’għajnejn il-poplu

Tgħid il-Maltin jaqblilhom jgħixu f’ilma mdardar? Il-Maltin, bħall-bqija tal-popli, jisimgħu ta’ kuljum fuq il-korruzzjoni. Min bagħbas fil-kuntratti tal-Gvern. Oħrajn ingħataw impjieg għax tal-qalba. Min fetaħ kontijiet sigrieti fuq in-naħa l-oħra tal-globu biex jeħles mit-taxxa, jew ma mexiex skont il-proċedura tal-meritokrazija u kontabilità. Dan biex ma nsemmux gaffati kbar fil-governanza, il-finanzjament tal-partiti, ir-relazzjoni bejn il-politiku u …

Il-korruzzjoni f’għajnejn il-poplu Aktar / More »

Ma nistgħux nibqgħu siekta

Mhux ta’ b’xejn li ftit tal-ġimgħat ilu, mijiet ta’ persuni daħlu l-Belt biex juru l-għadab tagħhom għall-istat tal-ambjent. In-nies qed tiddejjaq tgħix f’pajjiż kontinwament assedjat minn żvilupp bla rażan f’kull belt u raħal, f’Malta u Għawdex kollha. Pajjiżna  hu gżira żgħira  fejn il-popolazzjoni qed tikber b’madwar 10,000 persuna kull sena. Il-bini dejjem jiżdied u jogħla …

Ma nistgħux nibqgħu siekta Aktar / More »

Scroll to Top
Send this to a friend