Knisja f’Malta

knisja.mt/ritratti

Skont il-fehma tal-Papa

Meta nitkellem ma’ persuni “ordinarji” u nsaqsihom x’jaħsbu dwar il-kelma “sinodu” u x’jidhrilhom dwar il-fehma tal-Papa Franġsiku biex il-Knisja tkun waħda sinodali, ħafna drabi nibqa’ mingħajr tweġiba. Anzi, mhux l-ewwel darba li xi ħadd baqa’ ċċassat iħares lejja b’ħalqu miftuħ. “Din xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-Kardinal Grech, hux hekk?” qalli wieħed. Oħra qaltli li …

Skont il-fehma tal-Papa Aktar / More »

Dun Frans – is-saċerdot li għex ħajtu għall-Vanġelu

Monsinjur Dun Frans Schembri, anke jekk kulħadd f’Birżebbuġa kien jafu bħala Dun Frans, miet fl-età ta’ 98 sena, ftit ġimgħat ‘il bogħod mid-99 sena. Baqa’ għaddej sal-aħħar. Għalkemm l-iktar saċerdot anzjan ta’ pajjiżna, baqa’ jaħsibha ta’ żagħżugħ sal-aħħar. L-aħħar snin ta’ ħajtu għaddihom fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, iżda meta l-kappillan kien jistiednu għal xi attività arah …

Dun Frans – is-saċerdot li għex ħajtu għall-Vanġelu Aktar / More »

Familja mill-Pakistan f’Malta bie jgħixu l-fidi

“Ġejt Malta mhux biss biex naħdem imma biex inkun nista’ nipprattika l-fidi Kattolika mingħajr xkiel.” Hekk stqarr miegħi Kashif Bhatti meta ltqajna fid-dar tiegħu li jgħix fiha flimkien ma’ martu Naz u ibnu Moses, oħtu u r-raġel tagħha u ż-żewġt itfal tagħhom. Kashif ilu joqgħod u jaħdem Malta bħala infermier għal kważi seba’ snin. “Kont …

Familja mill-Pakistan f’Malta bie jgħixu l-fidi Aktar / More »

Jekk jien nisrani, x’qed nagħmel?

Qrajt b’interess l-artikli ta’ Mark Laurence Zammit u Maria Borg Pellicano, ippubblikati fil-ħarġa ta’ Novembru ta’ Il-Flimkien. It-tnejn iqajmu punti validissimi dwar l-importanza li l-Knisja tkun eqreb tan-nies u tagħmel aktar biex twassal lil Kristu lil dawk ukoll li ma jħossux li jappartjenu għall-Knisja. Iżda r-riflessjonijiet li tqanqlu fija kienu l-aktar relatati mat-tema tar-responsabbiltà. Ta’ …

Jekk jien nisrani, x’qed nagħmel? Aktar / More »

knisja.mt/ritratti

Akkumpanjamnet: buzzword jew realtà?

Matul is-snin fl-akkwati tal-Knisja jinħolqu kliem li kulħadd jibda jtenni l-ħin kollu donnu ma jeżisti xejn aktar.  Kellna l-kelma, “aġġornament”,  “evanġelizzazzjoni ġdida”, “encounter” u issa għandna il-kelma “sinodalità”  Imma naħseb li fix-xhur li ġejjin ser nisimgħu l-kelma “akkumpanjament” ittambar f’widnejna l-ħin kollu. Jekk biss tfittex Catholic spiritual accompaniment ssib 234 miljun hit. Kieku kellek issaqsini …

Akkumpanjamnet: buzzword jew realtà? Aktar / More »

Esperjenza differenti għas-sajf li ġej…Lest għall-isfida?

Is-sajf li għadda jiena flimkien ma’ 8 żgħażagħ oħrajn għamilna mixja ta’ 200Km mill-Portugal sal-Katidral ta’ Santiago fi Spanja. Kull ġurnata, għal disat ijiem, konna nerħulha kmieni filgħodu, b’dak kollu li ġibna minn Malta wara dahrna u dejjem aktar navvanzaw lejn id-destinazzjoni tagħna. Kull filgħodu konna nibdew b’mument ta’ talb u riflessjoni. Wara li nkunu għamilna xi …

Esperjenza differenti għas-sajf li ġej…Lest għall-isfida? Aktar / More »

knisja.mt/ritratti

Problema bil-wisq aktar urġenti mis-Sinodu

Fil-fehma umli tiegħi, il-Knisja f’Malta u Għawdex tinsab fi kriżi katastrofika ta’ komunikazzjoni. Persważ li fil-Knisja bħalissa m’hemmx urġenza ikbar minn din. Il-Knisja mhux qed jirnexxilha tikkomunika l-Vanġelu mal-maġġoranza tan-nies għaliex m’hijiex qed titkellem bil-lingwaġġ tagħhom. Prova ċara twerżaq f’wiċċ il-Knisja huwa s-Sinodu innifsu. Ħadd ma jaf x’inhu s-Sinodu. Ħadd ma jaf x’jagħmel is-Sinodu. Ħadd …

Problema bil-wisq aktar urġenti mis-Sinodu Aktar / More »

knisja.mt/ritratti

Is-Sinodu: x’Sinodu?

Il-Knisja kemm qed tisma’ lill-persuni tagħha u lis-soċjetà, u tagħraf il-bżonnijiet tan-nies? Għalija s-Sinodu jfisser komunjoni, fejn il-Knisja u dawk li jagħmlu parti minnha lkoll jimxu mixja li qed jiġu msejħa jagħmlu flimkien. Kif jispjega l-Papa Franġisku, dan hu proċess li fih tissaħħaħ l-għaqda, il-parteċipazzjoni u s-sens ta’ missjoni fil-Knisja. Nifhem u nemmen li l-Knisja …

Is-Sinodu: x’Sinodu? Aktar / More »

“Il-Knisja Maltija trid tkompli tibgħat aktar missjunarji”

Fr Stephen Magro – Missjunarju Malti f’Kuba Mhux anqas minn 11-il Isqof u madwar 60 qassis iwettqu l-ħidma saċerdotali tagħhom f’pajjiżi oħrajn, ħafna minnhom f’artijiet tat-tielet dinja. Dan minbarra madwar 30 saċerdot Għawdxi u numru ferm akbar ta’ reliġjużi, irġiel u nisa Maltin. Tista’ tgħid m’hawn l-ebda pajjiż li ma ssibx saċerdot, patri, soru jew …

“Il-Knisja Maltija trid tkompli tibgħat aktar missjunarji” Aktar / More »

Scroll to Top
Send this to a friend