Ispirazzjoni

Atleta bis-Celebral Palsy jiġri l-Maratona ta’ Barċellona

Alex Roca għandu 31 sena u twieled u jgħix f’Barċellona. Il-passjoni tiegħu hija l-ġiri – sports li għal ħafna jidher xi ħaġa ordinarja. Imma Alex għandu 76 fil-mija ta’ ġismu b’diżabilità. Ta’ sitt xhur ħakmitu l-kundizzjoni tas-celebral palsy u t-tobba kienu stennew li jseħħu żewġ affarijiet għal dik it-tarbija ċkejkna: jew li jmut, jew inkella …

Atleta bis-Celebral Palsy jiġri l-Maratona ta’ Barċellona Aktar / More »

Twieldet stillborn u għadha ħajja

“Hi kif inhi, kull tarbija hija grazzja u barka kbira” Għandha l-kundizzjoni msejħa mild cerebral palsy. Tammetti li ma tafx kif twieldet u għadha ħajja.  Antoinette Cutajar tirrakkonta kif it-twelid tagħha jista’ jitqies bħala miraklu u tesprimi kif taħsibha dwar kif għandna ngħożżu kull tarbija fil-ġuf. “Ommi kellha 24 sena meta żżewġet. Il-ġenituri tiegħi kienu …

Twieldet stillborn u għadha ħajja Aktar / More »

Fra Gioele Galea – eremit f’nofs il-belt

Iltqajt miegħu fid-dar li jgħix fiha fi triq dejqa fis-Siġġiewi. M’hijiex monasteru kbir fuq muntanja mdawra bis-siġar, għall-ħoss tal-ilmijiet igelglu. Mit-tieqa stajt nisma’  l-istorbju tal-karrozzi u l-għajjat tal-bejjiegħ tal-ħut. Fra Gioele Galea m’huwiex maqtugħ fl-imwarrab imma jgħix, flimkien ma’ saċerdot ieħor, f’nofs belt jew aħjar raħal. Twieled fl-1965, u trabba n-Naxxar. Ta’ 22 sena daħal …

Fra Gioele Galea – eremit f’nofs il-belt Aktar / More »

“Alla dejjem jisma’ t-talb tat-tfal”

Tabib Musulman fl-Isptar Malti fil-Ghana “Jien nemmen li meta tmiss il-qalb tat-tfal u dawn jitolbu għalik, Alla l-Imbierek  jisma’ t-talba tagħhom. It-tfal huma innoċenti u huma wisq qrib tal-qalb ta’ Alla. Hu dejjem ikun magħhom u persważ li jkun irid jaqtagħlhom xewqithom.” Hekk stqarr miegħi Ampofo Issa, anastetista fil-HopeXchange Medical Center, l-Isptar Malti f’Kumasi fil-Ghana …

“Alla dejjem jisma’ t-talb tat-tfal” Aktar / More »

Edson isir id-dell tiegħi

ESPERJENZA MISSJUNARJA FIL-MOŻAMBIK Il-Covid 19 waqqfet ħafna affarijiet milli jsiru, fosthom is-safar.  Minkejja li jiena bniedem li nħobb insiefer, din il-pandemija lili wkoll sammritni fuq din il-gżira għal tlett snin sħaħ. Peress li ma kellix avventuri u esperjenzi ġodda lejn xiex inħares, ta’ sikwit kont noqghod inqalleb fir-rittratti u memorabilji oħra ta’ pajjiżi differenti li …

Edson isir id-dell tiegħi Aktar / More »

Anzjani jferrħu anzjani

“Inħabbru l-mewt tiegħek Mulej, inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sakemm tiġi fil-Glorja”. Din hija l-essenza tal-messaġġ Evangeliku li Joe  C. Aquilina u tliet tenuri flimkien ma’ volontiera oħra qed iwassal b’mod l-aktar innovattiv kull nhar ta’ Ġimgħa f’diversi djar tal-anzjani f’dik li qed isejħulha Happy Hour with Jesus. Fl-età ta’ 70 sena, Joe qed ikompli …

Anzjani jferrħu anzjani Aktar / More »

Mid-djarju tiegħi f’Kuba – Fr Stephen Magro

L-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2022 Jien qiegħed kappillan l-knisja parrokkjali tagħha hija s-santwarju ddedikat lill-Virgen de la Caridad, il-patruna ta’ Kuba. Bħalma nagħmel dejjem, kif spiċċat il-quddiesa tat-8.00am fis-Santwarju sellimt lin-nies ħdejn il-bieb ta’ barra u mort nieħu ftit kafè. Kif wasalt lura, kienu diġà ġew il-voluntiera tal-Caritas li qed jiċċekkjaw il-ħwejjeġ, il-mediċini u xi …

Mid-djarju tiegħi f’Kuba – Fr Stephen Magro Aktar / More »

Noħolmu … (biex il-ħolm isir fatti)

Il-faqar qiegħed jiżdied.  In-nies f’xifer il-faqar żdiedu. Il-COVID tefgħana l-baħar.  Il-gwerra mhix tgħin. Konna qed naħsbu li se nitilgħu f’wiċċ l-ilma imma dejjem jinqalgħu intoppi oħrajn.  U issa l-aħħar studji juruna li aktar minn nofs il-Maltin iħossu sens ta’ solitudni…qed insiru nafu dwar l-effett tal-COVID fuq is-saħħa mentali tal-kbar u ż-żgħar. Dik is-sitwazzjoni! Jekk dawn …

Noħolmu … (biex il-ħolm isir fatti) Aktar / More »

Scroll to Top
Send this to a friend