Nipproteġu l-annimali u naċċettaw l-abort?
Sforzi ġustifikati sabiex nipproteġu l-annimali minn kull forma ta’ moħqrija ma jagħmlux sens jekk fl‑istess ħin naċċettaw l‑abort li, minkejja kull retorika, jibqa’ l‑qtil ta’ trabi li ma jistgħux jiddefendu ruħhom.
Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u Kummissjoni Ambjent
l-1 ta’ Settembru, 2022
Niddeċiedu minn se jitwiled u min le?
Kif tista’ tippromwovi l‑inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fl‑isferi kollha tas‑soċjetà, u mbagħad taċċetta proċeduri mediċi li jnaqqu l‑embrijuni u jiddeċiedu min se jingħata ċ‑ċans li jitwieled u min le?
Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u Kummissjoni Ambjent
l-1 ta’ Settembru, 2022
Le għal newtralità falza
Bħala poplu li aħna, li għandna dritt għall-awtodeterminazzjoni tagħna, ma nistgħux ngħixuha weħidna. Għandna bżonn kunsens ikbar, ta’ koperazzjoni ikbar. Aħna rridu nkunu wkoll mhux gallarija. Għax newtralità li tfisser gallarija — li la tfuħ u lanqas tinten — hija newtralità falza. Quddiem il-ħażen ma tistax tkun newtrali. Quddiem l-inġustizzja ma tistax tkun newtrali.
L-Arċisqof Charles Jude Scicluna
7 ta’ Settembru, 2022
Il-patrimonju tagħna
X’qed nagħmlu b’dan il-patrimonju kemm kulturali, spiritwali u anke arkitettoniku? Inti tixref minn dawn il-ħitan maestużi tal-konkatidral u tħares lejn il-Belt, lejn il-portijiet u tara armonija ta’ arkitettura. Imbagħad tilmaħ ftit ’il bogħod u tara x’għamilna aħna, x’qed nibnu aħna, meta għandna rajna f’idejna. Ir-risposta nħalliha f’idejn il-kuxjenza ta’ kull wieħed u waħda minna.
L-Arċisqof Charles Jude Scicluna
8 ta’ Settembru, 2022
Indifferenza li toqtol
“The migration issue is certainly complex and complicated. However, when it comes to rescue at sea, we can never lose sight of one simple truth: there aren’t some human beings who are more worthy of our consideration, care, and protection than others. When lives are at stake, everything else is secondary.”
Daniel Darmanin
President – Justice & Peace Commission
13 ta’ Settembru, 2022