L-għażliet dwar it-tarbija
Quddiem tarbija għandek għażliet: tilqagħha jew twarrabha għax it-tarbija tiddependi minnek biex tgħix. L-għażla tagħna tkun dik li aħna nilqgħu dan id-don kbir ta’ ħajja, dawl, umanità vera u ferħ.L-Arċisqof Charles J Scicluna
It-tribunali ekkelżjastiċi
Ix-xogħol (tat-Tribunali Ekkleżżjastiċi) huwa espressjoni tal-Knisja li kapaċi tilqa’ u tikkura lil min b’xi mod jew ieħor iħossu miġruħ mill-ħajja u, fl-istess waqt, isejjaħ mill-ġdid għall-impenn b’risq il-ħarsien tas-sagralità tar-rabta taż-żwieġ.” L-Isqof Joe Galea Curmi
Ecountering Jesus
What is the shortest way to encounter Jesus? Make yourself needy. Recognize your need for grace, your need for forgiveness, your need for joy. And Jesus will draw near to you Pope Francis
L-akbar att ta’ mħabba
Li taħfer huwa l-ikbar att ta’ mħabba. Il-maħfra kapaċi tibdel storja ta’ biki u ta’ negattività f’xi ħaġa sabiħa, bidu ġdid; imma l-ewwel wieħed irid jgħaddi mill-proċess tal-maħfra reċiproka; il-paċenzja, li hija l-lingwaġġ ta’ kuljum tal-imħabba. L-Arċisqof Charles J Scicluna
Divisions between the Christian churches
The solution to these divisions is not to oppose another person, because discord generates more discord. The true remedy begins by asking God for peace, reconciliation, unity . Pope Francis
L-imġieba ma’ xulxin
Għax aħna kultant ingergru u għax in-nies m’għadhiex temmen, u għax in-nies ma tridx taf u għax in-nies m’għadhiex tiġi għas-sagramenti. Imma aħna ta’ min aħna xhieda? Tagħna nfusna jew ta’ Ġesù? Fid-diskors tagħna kif inġibu ruħna ma’ xulxin, mal-proxxmu u b’mod speċjali mal-fqar? Ta’ min aħna xhieda? L-Arċisqof Charles j Scicluna
Valuri differenti
Minkejja li d-dinja tippreferi valuri ta’ arroganza u kilba għall-flus fejn kulħadd jagħmel li jaqbillu, mingħajr ma niġġudikaw lil ħadd, “aħna nagħżlu valuri differenti”. L-Arċisqof Charles J Scicluna
Dawk li jridu jdaħħlu l-abort
Dawk huma f’minoranza assoluta imma minħabba li għandhom alleati potenti fil-midja lokali qed jagħtu l-impressjoni li huma ħafna aktar fin-numru u li sezzjoni mdaqqsa tal-poplu Malti trid iddaħħal l-abort f’Malta. Dan mhux veru.Desmond Zammit Marmara
70 fil-mija kontra l-abort
Kważi 70 fil-mija ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ li sar minn Misco qalu li huma kontra l-abort jekk it-tqala ma tpoġġix il-ħajja tal-omm f’riskju. Madankollu, kważi 80 fil-mija jiffavorixxu intervent mediku li jirriżulta f’terminazzjoni tat-tqala f’ċirkostanzi fejn ħajjet il-mara tkun f’riskju. Barra minn hekk, wieħed minn kull ħamsa li wieġbu, 21 fil-mija, jaqblu li l-abort jista’ jintuża bħala mezz biex jillimita d-daqs ta’ familja irrispettivament jekk is-saħħa jew il-ħajja tal-omm hijiex f’riskju.