Mil-lapes taċ-ċkejknin
F’Novembru tal-2021 il-kittieb Ingliż E.O. Higgins poġġa fuq Twitter tpinġija magħmula minn ibnu bil-caption: “My son’s drawing of ‘safe’” (ara paġna 2). Hija tpinġija sempliċi ħafna, bi stil tipiku tat-tfal żgħar. Tirraffigura żewġ irjus ta’ persuni kbar (donnhom fuq imħaded, mgħottijin minn gverta) u figura ċkejkna bejniethom; ilkoll jitbissmu ferħana. M’hemmx għalfejn tkun kritiku tal-arti …