Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja
‘X’tgħid (u x’ma tgħidx) il-Bibbja dwar l-omosesswalità’ Nistgħu ngħidu li l-Bibbja ma tgħidx wisq, imma il-ftit siltiet li nsibu huma fil-qalba tad-dibattitu kurrenti reliġjuż dwar l-omosesswalità. Il-ktieb Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja maħruġ minn Drachma Parents, li hi għaqda ta’ sapport għal ġenituri b’ulied LGBTI+, jistħarreġ b’mod profond u serju diversi siltiet u stejjer li nsibu …